F’lejl jiddi taħt firxiet ta’ smewwiet blu Ilmaħtek riesaq qrib, biex lili ssib Ħarist fil-fond t’għajnejk u jien tbissimt Sakemm intlift fiċ-ċpar, u erġajt fhimt
Jien hawn, ‘il fuq inħares lejk Nixtieq, li nkun għal dejjem ħdejk
Int kewkba f’sema skur Tinsab kull fejn indur Twassalni fejn nixtieq Mill-idlam mgħodijiet
Int kewkba tħuf fis-skiet Fost l-isbaħ mill-kewkbiet Il-lejl timlieh bl-ilwien Iddawwal kullimkien
Ħassejt idejk imellsu dal-ħaddejn In-nifs tqil tagħna t-tnejn, li għeb fix-xejn U issa r-riħ ixxotta d-dmugħ li bkejt U ħadek ‘l hemm fil-bogħod, minn fejn kont ġejt
Jien hawn, il fuq inħares lejk Nixtieq, li nkun għal dejjem ħdejk
Int kewkba f’sema skur Tinsab kull fejn indur Twassalni fejn nixtieq Mill-idlam mgħodijiet
Bħal dgħajsa f’oċean Urejtni d-dawl fid-dlam Nimirħu l-univers Nintilfu ġo l-immens
Int kewkba f’sema skur Tinsab kull fejn indur Twassalni fejn nixtieq Mill-idlam mgħodijiet
Int kewkba tħuf fis-skiet Fost l-isbaħ mill-kewkbiet Il-lejl timlieh bl-ilwien Iddawwal kullimkienTeksty umieszczone na naszej stronie są własnością wytwórni, wykonawców, osób mających do nich prawa.